Għawdex Lokali

AĠĠORNATA: Għawdxi fil-periklu tal-mewt wara inċident bil-mutur

Kmieni dalgħodu, raġel ta’ 38 sena residenti ż-Żebbuġ Għawdex jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident ikrah bil-mutur. Dan meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u ħabat ma` arblu.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2am fi Triq ir-Rabat, iż-Żebbuġ Għawdex.

Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u wara ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.