Lokali

Skont il-Ministri l-inċertezza dwar elezzjoni ġenerali hija biss kurżità

Silenzju li jtarrax – huwa dan dak li qed iħabbtu wiċċhom miegħu diversi sidien ta’ negozji, u kumpaniji li tħallew f’limbu ta’ inċertezza mill-Prim Ministru Robert Abela u l-bqija tal-membri tal-Kabinett tiegħu meta qed jibqgħu evażivi biex iwieġbu domanda sempliċi iva jew le…jekk l-Elezzjoni Ġenerali hux se tissejjaħ din is-sena jew le.

It-Tlieta filghodu…Net News staqsa lil Ministru Aaron Farrugia jekk il-Gvern jistax jieqaf jagħti n-nar lil din l-inċertezza. Iżda minflok, infexx f’attakk partiġġjan u ħarab mid-domanda hekk kif għalih din hija biss sempliċi kurżità.

Dan filwaqt li injora għal kollox l-appelli tal-korpi kostitwiti.

Din l-imġieba hija fotokopja ta’ dak li għamlu sħabu… li qed jibqgħu jżommu fommhom sieket u jibqgħu jaħarbu minn risposta ċara u tonda.

Il-verita’ hi… l-inċertezza għadha waħda reali ħafna – b’Robert Abela komdu jilgħab bl-imħuħ tan-nies u s-sidien tan-negozji.