Coronavirus Internazzjonali

Xjenzati Ingliżi jbassru mewġa qawwija oħra ta’ Covid

Xjenzati ewlenin fir-Renju Unit qed ibassru li l-Ingilterra se tintlaqat minn mewġa tal-virus qawwja daqs l-aħħar waħda li ħakmet il-pajjiż.

Il-kritika hija li r-rollout tal-booster huwa wieħed kajman ħafna, filwaqt li hemm ukoll nuqqas ta’ talba għall-vaċċin.

L-Ingilterra qed terġa tirreġistra mal-50,000 każ kuljum – ċifra li hija fl-istess livelli ta’ dawk ta’ Lulju – u mad-900 mewta fil-ġimgħa kawża tal-Covid.

Il-pressjoni fuq l-isptarijiet qed terġa’ tikber ukoll, b’madwar 1,000 persuna qed jidħlu għall-kura kuljum.