Coronavirus Lokali

Covid-19: Jonqsu l-każi attivi iżda jiżdiedu l-każi fl-Isptar, fl-ITU

20 każ ġdid ta’ Coronavirus kienu reġistrati fl-aħħar 24 siegħa. Skont ċifri maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa, 30 oħra kienu meqjusa li fiequ. Għaldaqstant in-numru ta’ każi attivi issa hu ta’ 262.

Bħalissa hemm 13-il persuna huma rikoverati fl-Isptar Mater Dei b’sintomi tal-Covid-19, 3 minnhom qed jingħataw kura fl-ITU.

Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ tilqim sa nhar it-Tlieta ingħataw 38,254 dożi booster tal-vaċċin.