Lokali

Evarist Bartolo jżid l-inċertezza dwar l-elezzjoni ġenerali

Għaliex il-Ministru Evarist Bartolo rringrazzja lis-Segretarjat tiegħu?

Hija din id-domanda li qed issir minn bosta li fl-aħħar jiem raw dak li kiteb fuq il-media soċjali l-Ministru Bartolo, illi poġġa’ ritratt fuq Facebook flimkien mal-membri tat-tim tiegħu fis-segretarjat. Dan flimkien ma ringrazzjament għax-xogħol illi għamlu.

Sorsi qrib iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista kkonfermaw li dan ta’ Bartolo ma kienx l-uniku messaġġ fin li ħareġ fl-aħħar jiem. Miegħu, kien hemm anke l-messaġġi kontinwi li poġġa’ Alfred Sant fuq Facebook fejn hu ukoll indika lejn elezzjoni ġenerali bikrija.

Il-verità hi, li din is-sitwazzjoni qed iżżid aktar inċertezza fil-pajjiż, b’detriment għan-negozji u l-ħaddiema li qed jinżammu imdendlin. Bil-Prim Ministru iżid l-inċertezza meta lbieraħ filgħaxija naqas milli jikkonferma b’iva jew le jekk hux se jsejjaħ elezzjoni ġenerali qabel żmienha.