Waslet il-konferma – filwaqt li Gvern ġdid Nazzjonalista jagħti l-flus lura lin-nies li nsterqu mill-kontijiet tad-dawl – il-Gvern Laburista mhu se jagħti xejn. Dan ikkonfermah il-Ministru li fil-qari tal-Budget ikkonferma li l-poplu qed jinsteraq mill-mod ta’ kif il-Labour qed iħaddem is-sistema tal-kontijiet.
Is-serq li qed isir fil-konijiet, fi tmien snin, diga’ tela’ għal 50 miljun ewro – 50 miljun żejda li ħallsu l-familji Maltin u Għawdxin, u li mhux se jingħataw lura. Dan minkejja li l-Gvern Laburista ilu 3 snin li wiegħed li din is-sistema kellha tiġi riveduta wara li l-eks PM Joseph Muscat kien wiegħed li jekk kien hemm lok fejn is-sistema tittejjeb, il-Gvern kien se jieħu azzjoni.
Il-Gvern Laburista ilu mill-2018 b’rapporti li l-ARMS kienet qed tiċċarġja lill-poplu żżejjed, iżda dwar dan kollu baqa’ ma għamel xejn. Wara xhur jaħrab milli jammetti, fl-aħħar ġimgħat ammetta li qed jisraq lin-nies. U issa kkonferma li mhux se jagħti l-flus lura lin-nies.
Minn naħa l-oħra l-wegħda ta’ Bernard Grech kienet ċara u Gvern ġdid Nazzjonalista mhux biss jirranġa s-sistema biex inti ma tibqax tinsteraq imma l-Partit Nazzjonalista wiegħed li jħallas lill-poplu l-flus żejda li ħallas għall-kontijiet, sal-inqas ċenteżmu.
Intant, meta kien affaċjat bid-domandi tal-media, il-Ministru Clyde Caruana, ammetta li pajjiżna kompla jħoss l-impatt tal-fatt li l-Labour pogga’ lill-gżejjer Maltin fuq il-lista l-griża tal-FATF. Dan meta mistoqsi dwar l-aħħar stħarriġ ta’ EY li kien ippublikat ilbieraħ.
L-istħarriġ li jsir kull sena wera illi kwazi 5 minn kull 10 persuni ma jarawx lil pajjizna attrajenti ghall-investiment, filwaqt li 3 minn kull 10 biss jikkunsidraw li jinvestu f’pajjiżna issa li ġejna greylisted, tnaqqis ta’ 25% mis-sena preċedenti.
F’dan l-Attractiveness Survey tal-EY, bosta investituri saħqu li r-reputazzjoni ta’ pajjiżna kif ukoll il-governanza hija waħda ta’ tħassib, u insistew li għal Gvern tal-Labour għandha tkun prijorità sabiex joħroġ lill-pajjiż mill-greylist…li daħħalna fiha hu stess.
Kien għalhekk li staqsejna lill-Ministru dwar meta se noħorġu minn din il-lista l-ġriża… data li, minkejja l-ħsara ekonomika li ġġib magħha din il-lista, Clyde Caruana għad m’għandux.
//= $special ?>