Lokali Parlament

Il-Ministru Carmelo Abela jiddefendi l-iżbilanċ fix-xandir pubbliku

Il-Ministru responabbli mill-istazzjon nazzjonali (PBS) Carmelo Abela ddefenda l-iżbilanċ politiku fix-xandir pubbliku billi naqas milli jwieġeb il-mistoqsijiet ta’ diversi deputati Nazzjonalisti fil-parlament dalgħodu.

Kienu d-deputati Nazzjonalisti Ryan Callus u Karol Aquilina li fil-aprlament dalgħodu nsistew mal-Ministru Carmelo Abela biex iwieġeb mistoqsijiet dwar l-iżbilanċ fix-xandir partikolarment għall-fatt li l-PBS ilbieraħ naqas milli jirrapporta konferenza tal-aħbarijiet tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech wara d-diskors tal-Prim Ministru dwar il-budget. Dan meta ġurnata qabel, il-PBS irrapporta l-kummenti tal-Prim Ministru Robert Abela wara d-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-budget.

Dwar dan il-Ministru Abela ħarab milli jwieġeb u qal biss li l-iżbilanċ fix-xandir nazzjonali kien iseħħ fi żmien Gvern Nazzjonalista.

Għal din l-pożizzjoni tal-Ministru Abela, id-deputat Nazzjonalista Karol Aqulina irrimarka li l-Ministru Abela kien qed iġib ruħu qisu ħalliel li qed jaħrab minn fuq serqa. B’reazzjoni, il-Ministru Abela qal li hu ma kienx se jiddejjaq bil-kummenti tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina.