Lokali

Il-PN iressaq protest ieħor quddiem l-Awtorità tax-Xandir u l-PBS

Il-Partit Nazzjonalista ressaq protest quddiem l-Awtorità tax-Xandir u mal-Public Broadcasting Services, wara li x-xandir pubbliku naqas milli jirrapporta lill-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fir-reazzjoni tiegħu għad-diskors tal-Prim Ministru Robert Abela.

Fi stqarrija l-PN qal li dan hu każ ta’ żbilanċ ċar wara li l-Prim Ministru fil-ġurnata ta’ qabel ġie rrappurtat jagħti r-reazzjoni tiegħu għad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni b’risposta għall-budget.

Għal dan il-għan u f’każ ċar ta’ żbilanċ il-Partit Nazzjonalista ressaq dan il-protest u qed jitlob rimedju mill-Kamra tal-aħbarijiet tax-Xandir Nazzjonali.