Lokali Qorti

Immigrant illegali mill-Gambja li nqabad bil-marijuna se jiġi deportat

Immigrant illegali li ammetta li kien fil-pussess ta disa’ grammi marijuana ġie meħlus b’mod kondizzjonali u se jiġi deportat. Kebba Cisse ta’ 25 sena mill-Gambja ġie mixli li fit-18 ta’ Ottubru kellu fil-pussess tiegħu kannabis f’Ta ’Fra Ben fil-Qawra.

L-Ispettur Alfredo Mangion resaq lir-raġel quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud. Cisse kien ġie arrestat wara li nstab li kellu fil-pussess tiegħu d-droga marijuana. Ir-raġel lanqas ma kelluil-permess meħtieġ biex jgħix Malta u nstab li kien qed jirrisjedi fil-gżira illegalment.

Huwa ammetta l-akkużi, u ammeta l-akkużi miġjubin kontrih. L-avukat tiegħu, Daniel Attard sostna li l-akkużat kellu rekord kriminali nadif u li l-ammont ta’ droga misjuba kien żgħir. Il-qorti lliberatu bil-kundizzjon li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sena. Peress li kien Malta illegalment, l-Qorti ordnat li jiġi deportat.