Internazzjonali Kurżitajiet

Isem ġdid għal Facebook?

Skont is-sit The Verge, is-CEO ta’ Facebook Mark Zuckerberg ħabbar li l-kumpanija Facebook mistennija tbiddel isimha biex din il-pjattaforma issa tagħti lok għal aktar esperjenzi virtwali.

Is-sit The Verge qal li dan il-proċess se jkun parti mir-rebranding tas-sit soċjali, u li dan kollu se jkun diskuss fil-laqgħa ġenerali annwali tal-kumpanija li se ssir l-ġimgħa d-dieħla.

L-ispekulazzjonijiet qalu li se jkun hemm ukoll xi aġġornamenti anki fuq WhatsApp, Instagram u Oculus.