Raġel Taljan ta’ 42 sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ l-Erbgħa filgħodu għall-ħabta tat-8a.m. fi Triq il-Ħammieri f’Ħal Qormi meta seħħet ħabta bejn vann tat-tip Isuzu ELF misjuq minn żagħżugħ ta’ 26 sena residenti Ħal Qormi u mutur tat-tip Yamaha misjuq mill-vittma.
Il-Pulizija kif ukoll tim mediku marru fuq il-post, b’dan tal-aħħar jagħti l-ewwel għajnuna lit-Taljan li ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Iktar tard, hu kien ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>