Edukazzjoni Lokali

Iż-żgħażagħ ifaħħru l-proposta tat-travel vouchers li preżenta Bernard Grech

Il-Kap tal-PN Bernard Grech din il-gimgha prezenta numru ta’ proposti li se jghinu direttament liz-zghazagh u lill-istudenti. Dan hekk kif Gvern gdid Nazzjonalista se jkun kommess li ż-żgħażagħ kollha Maltin u Għawdxin minn 16 sa 21 sena jingħataw voucher ta’ €500 li bih imorru btala kulturali jew edukattiva fl-Ewropa – proposta ta’ Bernard Grech illi intlaqgħtet tajjeb, partikolarment mill-istudenti.

Meta Net News staqsa fuq proposta oħra li ġiet ppreżentata mill-PN rigward iż-żieda ta’ 25% fl-istidendju, minflok 10% kif ippropona l-Gvern…anke hawn, huwa car li din il-proposta qed tintlaqa’ b’mod tajjeb hafna.

Il-PN qed jipproponi li jzid l-istipendji b’mod b’sahhtu…partikolarment l-ghajnuniet ghall-professjonijiet l-aktar meħtieġa bħal infermiera, għalliema, social workers, care workers u diversi oħrajn.

Fil-Parlament, il-Kap tal-PN Bernard Grech saħaq li dan kollu huwa possibli grazzi għal PN li ser joffri viżjoni ta’ futur b’vizjoni…fejn kulħadd igawdi minn kwalità ta’ ħajja aħjar.

“Aħna rridu li t-tfal tagħna jikbru f’ambizzjoni kbira li jistgħu isiru dak li jridu, jistinkaw, jistudjaw u ma jaċċettawx il-limiti u jekk iridu jtejjbu l-ħiliet tekniċi jew nsajjiet tagħhom aħna rridu li jirnexxiohom ukoll għaliex kull professjoni, kull xogħol kull idea kreattiva kull proġett intrapreditorjali huwa unur għal kull min joħolmu u jirnexxilu jwettqu – din hija l-bidla b’viżjoni.”