Lokali Parlament

Konrad Mizzi jerġa’ jaħrab mill-iskrutinju tal-PAC

Tul il-laqgħa, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista proponiet li Konrad Mizzi jerġa' jkun imsejjaħ il-Ġimgħa, bil-membri tal-Gvern jirrifjutaw din il-proposta

Permezz ta’ post fuq Facebook, l-eks Deputat Mexxej Laburista qal li llum mhux se jidher quddiem il-Kumitat Parlamentari dwar il-Kontijiet Pubbliċi. Huwa qal li ma jistax jitla’ jixhed għax l-avukat tiegħu mhux disponibbli.

L-eks Ministru u l-eks Membru Parlamentari mal-Grupp Laburista Konrad Mizzi għażel li jaħrab għal darb’oħra mill-iskrutinju tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi tal-Parlament dwar il-proġett tal-Electrogas. Il-PAC bħalissa qed jinvestiga d-deal skandaluż tal-Electrogas.

Fl-istqarrija li għamel Mizzi qal li se jattendi għal din il-laqgħa f’ġurnata li hija konvenjenti għall-partijiet kollha.

Tul il-laqgħa, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista proponiet li Konrad Mizzi jerġa’ jkun imsejjaħ il-Ġimgħa, bil-membri tal-Gvern jirrifjutaw din il-proposta.

Wara diskussjoni, b’ħafna interuzzjonijiet min-naħa tal-Gvern Laburista, Konrad Mizzi se jkun imsejjaħ biex jixhed t-Tlieta fis-2pm.

F’kumment li ta lil Net News Beppe Fenech Adami, flimkien ma’ Karol Aqulina u Ryan Callus intqal li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista se tibqa’ taħdem biex toħroġ il-verità dwar id-deal skandaluz tal-Electrogas, wara li dan kien kundannat ukoll mill-Awditur Ġenerali.

“Irrid ngħid li Konrad Mizzi llum ma ġiex wara li lbieraħ Robert Abela naqas li jappoġġja mozzjoni li saret min-naħa tal-Oppożizzjoni. Aħna min-naħa tagħna se nagħmlu dak kollu possibbli biex Mizzi jiġi u jidher quddiem dan il-Kumitat. Aħna konna disponibbli li niltaqgħu llum, għada, is-Sibt u l-Ħadd, issa se nkunu qed niltaqgħu t-Tlieta. Aħna se nassiguraw li din ix-xhieda tibda mill-aktar fis, u jsirulu d-domandi, li nistennew li jkollna tweġibiet u risposti li jitfgħu dawl fuq x’seħħ f’dan il-kuntratt”.

Aqra aktar fid-dettall: