Lokali Parlament

Konrad Mizzi jerġa’ ma jixhidx; il-Gvern jibqa’ jipprova jevita li Mizzi jixhed; se jitressaq it-Tlieta

L-ex Ministru Laburista Konrad Mizzi reġà ma deherx quddiem il-Kontijiet Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) biex iwieġeb dwar il-power station tal-Electrogas waqt li d-deputati Labuista komplew jipprovaw jevitaw li Mizzi jixhed quddiem dan il-Kumitat.

L-Oppożizzjoni kienet rappreżentata mid-deputati Nazzjonalisti Beppe Fenech Adami, Karol Aquilina u Ryan Callus waqt li l-Gvern kien rappreżentat mill-Whip Laburista Glenn Bedingfield, il-Ministru Clayton Bartolo, is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat u d-deputat Laburista Jonathan Attard.

Wara l-qari tal-minuti, Karol Aquilina ġibed l-attenzjoni li, minkejja l-pożizzjoni esrpessa mid-deputati tal-Gvern, ma ntalab l-ebda ruling dwar is-sitwazzjoni li nqalgħet fl-aħħar laqgħa.

Beppe Fenech Adami qal li din il-ġimgħa tressqet mozzjoni fil-parlament fejn l-Oppożizzjoni talbu li l-mozzjoni titpoġġa għall-vot biex l-ex Ministru Konrad Mizzi jitla’ jixhed quddiem il-PAC. Li seħħ kien li Konrad Mizzi għamel facbook post fejn iddikjara li biex ma jfixkilx il-ħidma tal-PL kien aċċetta li jidher quddiem il-Kumitat. Minkejja dan l-Oppożizzjoni talbet lill-Prim Ministru biex iressaq il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni u Konrad Mizzi jkun ordnat jixhed quddiem il-PAC.

F’isem il-Gvern tkellem Glenn Bedngfield li qal li ma kienx hemm bżonn il-vot. Beppe Fenech Adai qal li hu kien oġġezzjoni għall-pożizzjoni ta’ Konrad Mizzi u l-vot ma tteħdix. Issa rriżulta li Konrad Mizzi reġa’ bidel il-pożizzjoni tiegħu u qal li ma jistax jixhed għax l-avukat tiegħu ma setax jattendi.

Beppe Fenech Adami qal li kien talab lis-segretarja tal-PAC tikkomunika ma’ konard Mizzi biex xorta jiġi quddiem il-Kumitat iżda Konard Mizzi xorta ma ġiex. Beppe Fenech Adami qal li l-kkoordinament bejn Konrad Mizzi u l-gvern kien imfassal biex Konard Mizzi ma jiġix quddiem i-kumitat. Għalhekk il-kumitat għandu jiddeċiedi biex Konard Mizzi jitressaq immedjatament nhar il-Ġimgħa li ġej.

Il-Whip Laburista Glenn Bedingfield kkritika l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni u qal li huma lesti li jiltaqgħu nhar il-Ġimgħa biex jinstema’ x-xhud Paul Apap Bolgona waqt li Konrad Mizzi jitla’ jixhed il-ġimgħa d-dieħla.

Beppe Fenech Adami qal li l-Kumitat kien jistenna li Konrad Mizzi jidher quddiem il-Kumitat biex tkun koordinata data meta jitla’ jixhed. Karol Aquilina insista li Konrad Mizzi jinstema’ kemm jista’ jkun malajr; “għandi iktar minn 150 domanda x’nagħmillu”.

Glenn Bedingfield qal li hu ma jistax jikkommetti lilu nnifsu għal nhar il-Ġimgħa li ġej u għalhekk Konrad Mizzi għandu jitla’ jixhed nhar l-Erbgħa li ġej. Hu qal li mhux se jaċċetta arroganza iżda għandu l-impenji tiegħu.

Il-kumitat iddiskuta diversi proposti għal din il-laqgħa fejn Glenn Bedingfield qal li hu “ma jridx” jiltaqa’ s-sibt għax għandu familja. Il-membri qablu li l-PAC jiltaqa’ nhar it-Tlieta fis-2 pm u jixhed Konrad Mizzi. “Mhux aċċettabbli li Konrad Mizzi issa jerġa’ jgħid li mhux se jixhed minħabba l-avukat”, sostna Beppe Fenech Adami.

Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat insista li nhar it-Tlieta jissejjaħ Paul Apap Bolgna bħala xhud waqt li l-Ministru Clayton Bartolo sostna li l-Gvern għandu diversi mistoqsijiet lil Paul Apap Bologna.

Il-kumitat kien sospiż u meta reġa’ ltaqa’ kien maqbul li l-kumitat jiltaqa’ nhar it-Tlieta meta se jixhdu Konrad Mizzi u Pwul Apap Bologna.