Mietu talanqas ħmistax fi splużjoni li qerdet xarabank tal-militar Sirjan fiċ-ċentru ta’ Damasku. Ir-rapporti qalu li dan kien ‘attakk ċar’ fuq il-militar Sirjan u li l-aggressuri kienu waħħlu l-isplussivi max-xarabank qabel beda l-vjaġġ – bir-riżultat li l-isplużjoni seħħet meta l-vettura kienet għaddejja minn taħt pont matul ir-rush hour ta’ filgħodu.
Minkejja li s-Sirja ilha għaxar snin involuta fi gwerra ċivili dawn it-tipi ta’ attakki fil-belt kapitali ta’ Damasku huma pjuttost rari. Intant, l-Armata wieġbet għall-attakk bl-isparar tal-artillerija lejn l-inħawi fil-majjistral tas-Sirja li huma kontrollati mill-Oppożizzjoni u fejn inqatlu numru ta’ nies fil-bumbardament.
Ir-reġjun partikulari hu l-aħħar fortizza tar-ribelli u l-ġiħadisti Iżlamiċi li ilhom mill-2011 jippruvaw ikeċċu lill-President Sirjan Bashar al-Assad mill-poter.
//= $special ?>