Lokali

“Spin qarrieqi miIl-PBS dwar ir-rapport tal-EY” – Jacob Borg

“Dejjem ħares lejn in-naħa s-sabiħa tal-ħajja”…. u lbieraħ ix-xandir pubbliku… hekk għamel.

Il-ġurnalist Jacob Borg fi tweet kiteb li x-xandir pubbliku qed jagħmel minn kollox biex itaffi mill-impatt li qed tħalli l-greylisting fuq ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna…. hekk kif ilbieraħ prova jgħatti r-riżultat tas-survey tal-EY li kkonferma l-agħar livell għall-attrazzjoni ta’ investiment barrani.

Dan l-istħarriġ li jsir kull sena mid-ditta ta’ awdituri EY… wera li 46% ma jarawx lil pajjiżna attraenti għall-investiment, filwaqt li 37% jaraw lil Malta bħala destinazzjoni li fiha jistgħu jinvestu…tnaqqis ta’ 25% mis-sena preċedenti.

Iżda l-PBS ħass li għandu jispinja din l-aħbar u jagħżel dan it-titlu “37% tal-investituri jaraw lil Malta attraenti għall-investiment”