Futbol Sport

Ansu Fati jiffirma kuntratt ta’ sitt snin ma’ Barcelona

(Ritratt: EPA)

Wara li fil-jiem li għaddew Barcelona kkonfermaw lil Pedri b’kuntratt ġdid, Barcelona ħabbru wkoll li l-attakkant ta’ 18-il sena Ansu Fati ffirma kuntratt ġdid ta’ sitt snin fejn għandu wkoll klawsola ta’ biljun ewro.

Fati li ħa n-numru 10 ta’ Barcelona mingħand Lionel Messi għen lil Barcelona jiksbu rebħa ta’ 1-0 kontra Dynamo Kyiv, fejn kienet ukoll l-ewwel rebħa tat-tim dan l-istaġun fil-UEFA Champions League.

Fat s’issa lagħab 47 darba ma’ Barcelon fejn skorja 15-il gowl, hu sar ukoll it-tieni l-iżgħar player li ddebutta ma’ Barcelona fl-età ta’ 16-il sena 298 ġurnata.