Lokali

“Budget ibbażat fuq l-assunzjonijiet” – Id-dejn tal-pajjiż ikompli jżid

Hemm bżonn li nieħdu pass kawt fuq il-budget imħabbar għas-sena 2022, hekk kif it-tbassir ekonomiku għal pajjiżna huwa wieħed ferm sensittiv…ibbażat fuq l-assunzjonijiet magħmula kompletament mill-Ministeru tal-Finanzi.

Sostna dan il-Kunsill Fiskali Konsultattiv, fi ħdan il-Ministeru li responsabbli minnu huwa l-Ministru Clyde Caruana…. fejn wara li sar assessjar tal-pjanijiet tal-budget, f’ittra lill-Ministru Caruana ingħad li huwa tajjeb li wieħed jgħaraf l-inċertezza kbira ekonomika li l-pajjiż se jkun qed jiffacja fix-xhur li gejjin.

Għaldaqstant, fi kliem sempliċi, il-pjan tal-Gvern tal-Labour biex iwettaq il-budget qed jingħad li hu bbażat biss fuq assunzjonijiet, u kliem fl-arja.

Madanakollu minkejja dawn l-inċertezzi kollha, għas-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar, dan il-budget huwa fattibli.

Il-verita hi…li d-dejn tal-pajjiż qed ikompli jispara ‘l fuq hekk kif qed jiġi mbassar li d-dejn sal-aħħar ta’ din is-sena se jżid għal aktar minn €8.5 biljun…. u sal-2023 jitla’ għal €10 biljuni. Hekk ukoll qed ikompli jżid id-defiċit tal-pajjiż taħt il-Gvern tal-Labour, bil-previżjoni tan-nefqa tal-Gvern imħabbra fid-diskors tal-budget għall-2021… tiżdied minn €750 miljun għal €1.5 biljun.

Dan ifisser li d-defiċit tal-pajjiż li huwa stmat għal matul din is-sena se jkun jikber minn dak tal-€1.2 biljun tas-sena preċedenti.

Mistoqsi dwar dan, Mario Cutajar saħaq li din iż-żieda hija kompletament tort tan-nefqa tul il-pandemija.

Madanakollu …b’matematika semplici….wieħed jista’ jasal għal konklużjoni li hemm mal-€1.2 biljun li ntefqu mhux minħabba il-pandemija. Dan hekk kif kien il-Ministru Clyde Caruana stess illi habbar li bejn l-2020 u l-2021…il-Covid-19 sewa lill-Gvern €1.5 biljun