Lokali

Covid-19: Jiżdiedu l-każi fl-Isptar, b’4 persuni jinsabu fl-ITU

Erbgħa persuni jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva kawża tal-pandemija, filwaqt li 17-il pazjent qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Dan ifisser li kien hemm żieda ta’ 3 pazjenti fl-aħħar 24 siegħa.

Apparti dan, 17-il każ ġdid ta’ Covid-19 kienu reġistrati bejn l-Erbgħa u l-Ħamis, u fl-istess żmien 14 kienu meqjusa li fiequ biex b’hekk it-total ta’ każi attivi issa tela’ għal 265.

Fortunatament, il-virus ma ħasad il-ħajja ta’ l-ebda persuna biex b’hekk it-total ta’ imwiet mill-bidu tal-pandemija s’issa għadu ta’ 459.

Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ tilqim sa nhar it-Tlieta ingħataw 39,756 dożi booster tal-vaċċin.