Futbol Sport

Fonseca viċin li jieħu post Bruce bħala kowċ ta’ Newcastle

(Ritratt: EPA)

Paulo Fonseca jinsab f’diskussjonijiet ma’ Newcastle United biex jinħatar kowċ tal-klabb minflok Steve Bruce li nħall mill-kuntratt tiegħu ilbieraħ.

Steve Bruce nħatar kowċ ta’ Newcastle fl-2019, iżda ftit jiem li l-konsorzju mill-Arabja Sawdita ħa f’idejh it-tmexxija tal-klabb, bdew spekulazzjonijiet li Bruce jista’ jkun ma jibqax fit-tmexxija ta’ Newcastle.

F’kummenti li għadda ftit wara r-riżenja tiegħu, Bruce qal li din jista’ jkun li kienet l-aħħar esperjenza tiegħu bħala kowċ wara li qal li jixtieq li jqatta’ aktar ħin mal-familja tiegħu. Bruce qal ukoll li l-esperjenza tiegħu ma’ Newcastle ma kinitx waħda daqsehkk feliċi hekk kif ma sabx l-appoġġ li xtaq mill-partitarji.

Minbarra Fonseca, fl-aħħar jiem kien hemm xniegħat li post Bruce seta’ jittieħed minn Jose Mourinho kif ukoll Lucien Lavre.