Lokali Qorti

Ħelsien mill-arrest wara akkużi ta’ kompliċità fi ħruq ta’ vettura u ħsarat fuq propjetà

Ilbieraħ, il-Pulizija ressqet b’arrest fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Simone Grech, raġel ta’ 42 sena residenti x-Xagħra, Għawdex.

Hu ġie akkużat li fl-1 ta’ Settembru, għall-ħabta tas-2pm irrenda ruħu kompliċi fir-reat ta’ ħruq volontarju ta’ vettura u ħsarat fuq propjetà, fi Triq ir-Rabat, ix-Xewkija, Għawdex. Ir-raġel ġie akkużat ukoll li sar reċidiv b’diversi sentenzi
mill-Qorti.

L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.