Il-Beltin dalgħodu qamu maħsudin bl-aħbar li tilfu tnejn minn tagħhom: Croce Bonaci u Sandro Lapira, dulċier magħruf fundatur tal-kumpanija Bonaci Caters u sid il-kumpanija ta’ prodotti ta’ ħwejjeġ Gianni Casual Line rispettivament.
Fil-każ ta’ Bonaci, kienet il-familja stess li ħabbret li Croce miet imdawwar bl-għeżeż għalih wara ġlieda ta’ diversi xhur kontra marda qerrieda.
Min-naħa tiegħu, il-mewt ta’ Sandro Lapira dalgħodu nxterdet bħal leħħa ta’ berqa fost il-Pawlini, partikolarment dawk taz-zona tal-Arċipiergu, kif ukoll fost il-membri tal-Kummissjoni Nar tal-Festa ta’ San Pawl.
Fuq il-media soċjali, Croce Bonaci u Sandro Lapira kienu deskritti minn ħafna bħala ħbieb, ġentlomi u sinċieri, kif ukoll li jibqgħu mfakkra għat-tbissima tagħhom, li biha kienu jsebbħu ħajjet dawk ta’ madwarhom.
//= $special ?>