Futbol Sport

Ir-Russi b’saħħithom wisq għal Maltin

(Ritratt: MFA)

Russja ……….. 3

Malta …………. 0

Russja: E. Todua; A. Kozhnikova, A. Andreeva (M. Chernomyrdina 73′), A. Abdullina, N. Smirnova (L. Yakupova 81′), K. Mashkova, A. Belomyttseva, Y. Sheina (N. Perepechina 73′), M. Fedorova (E. Pantyukina 61′), N. Korovkina (N. Mashina 82′), V. Kozlova.

Malta: P. Ebejer; A. Said, E. Lipman, S. Farrugia, D. Theuma (B. Borg 61′), R. Cuschieri, A. Sultana (E. Xuereb 83′), M. Farrugia (J. Flask 61′), S. Zammit, C. Zammit, N. Sciberras. 

Referee: M.Matulova

F’Arena Khimki, fir-Russja, it-tim nazzjonali Malti tan-nisa sofra t-tieni telfa tiegħu fi fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2023, bl-iskor ta’ 3-0. Minkejja d-differenza bejn ż-żewġ timijiet, in-nisa Maltin rnexxielhom jagħtu wirja qalbiena kontra tim li għadu ġej minn-żewġ rebħiet fil-grupp.

Fl-ewwel taqsima ir-Russi, kif mistenni, ikkontrollaw il-pusses tal-ballun, b’azzjonijiet perikolużi jaslu minn Nadezhda Smirnova u Yana Sheina, bil-goalkeeper Patricia Ebejer tbiegħed il-periklu. Madanakollu fil-45 minuta ir-Russja marru fil-vantaġġ meta minn ballun fit-tul ta’ Fedorova, kienet Nelli Korovkina li kkontrollat il-ballun tajjeb u tefgħet wara Ebejer għal 1-0.

Fit-tieni taqsima ir-Russi ħarġu fuq l-offensiva u rduppjaw ftit wara, meta kienet Kristina Mashkova li approfittat minn żball difensiv u għamlet l-iskor 2-0. Fit-68 minuta Patricia Ebejer għal darb’oħra kienet strumentali biex salvat il-konklużjoni ta’ Ekaterina Pantyukhina. Ftit wara l-Maltin resqu viċin il-gowl, meta x-xutt mid-distanza ta’ Rachel Cuschieri għadda ftit barra mil-lasti Russi.

Lejn tmiem il-partita, ir-Russi skorjaw it-tielet gowl tagħhom permezz ta’ Anna Belomyttseva, għal skor finali ta’ 3-0. Fil-partita li jmiss it-tim nazzjonali Malti jaffronta lil Azerbaijan, f’Baku.