Lokali

Każi tal-marda tal-idejn, is-saqajn u l-ħalq fost it-tfal fi skola

Fl-aħħar jiem, numru ta’ ġenituri ġew avżati li fl-iskola Primarja ta’ Ħal Tarxien instabu numru ta’ każijiet tal-marda tal-idejn, is-saqajn u l-ħalq fost it-tfal.

Dan ġie rraportat minn Newsbook fejn jidher il-każijiet instabu fil-klassijiet iż-żgħar nett, propju fi klassi ta’ kinder 2.

Il-ġenituri u dawk li jieħdu ħsieb it-tfal ġew mitluba biex jekk jinnotaw xi sintomi ta’ din il-marda jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw li kemm jista’ jkun din il-marda ma tinxteridx bla kontroll.

Din il-marda tinstab partikolarment fost it-trabi u t-tfal iż-żgħar, bil-konsegwenza ta’ dan il-virus normalment ma twassalx għall-affarijiet serji. S’issa għadd m’hemmx kura għal din il-marda, b’wieħed għandu biss jieħu l-mediċini biex iniżżel id-deni u l-uġigħ fil-ħalq.