Sport Waterpolo

Magħrufa l-avversarji tat-timijiet nazzjonali tal-waterpolo

Fil-jiem li għaddew saru magħrufa l-avversarji li t-timijiet nazzjonali tal-waterpolo se jkunu qed jaffrontaw fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej hekk kif it-tim tal-irġiel se jkun qed jittama li jikseb ir-raba’ kwalifikazzjoni għall-fażi finali li se jkunu qed isiru fi Split l-Kroazja.

Il-fażi ta’ kwalifikazzjoni, inizjalment kellha ssir f’Novembru u f’Marzu iżda, l-LEN ħadet id-deċiżjoni li tikkanċella l-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni minħabba n-numru ta’ timijiet reġistrati. Sbatax-il tim se jkunu qed jieħdu sehem fir-rawn ta’ kwalifikazzjoni bl-ewwel żewġ timijiet jgħaddu għall-finali u jilagħbu kontra l-Ungerija, s-Serbja, l-Montenegro, il-Kroazja, Spana, l-Italja, il-Greċja u r-Russja.

Malta se tkun qed tospita r-rawnd ta’ kwalifikazzjoni fejn se jkun qd jintlagħab fil-pixxina tal-qroqq bejn it-18 u l-20 ta’ Frar, fejn Malta se tkun qed tilgħab kontra r-Rumanija, il-Litwanja u l-Irlanda.

It-tim nazzjonali tan-nisa minn naħa l-oħra se jkunu jilagħbu kontra Franza, l-Iżrael u l-Portugall bit-torunament isir bejn l-4 u s-6 ta’ Marzu f’pajjiżna wkoll.