Edukazzjoni Lokali

Reazzjonijiet pożittivi mill-KNZ u mill-KSU għall-proposti li ressaq Bernard Grech

Ikomplu jizdiedu r-reazzjonijiet pożittivi għall-proposti li ressaq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech li jolqtu is-settur tal-edukazzjoni …fejn fost oħrajn, iż-żgħażagħ kollha Maltin u Għawdxin minn 16 sa 21 sena jingħataw voucher ta’ €500 li bih imorru btala kulturali jew edukattiva fl-Ewropa.

Kummenti posittivi waslu minn Gianluca Vella, rappreżentant tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħazagħ illi saħaq li din il-proposta li ppreżenta Bernard Grech fir-replika tal-Budget tat-Tnejn li għadda se tkun qed tiftaħ il-bibien lil diversi studenti li jixtiequ jsiefru barra minn Malta sabiex jesperjenżaw kulturi differenti.

Proposti attraenti bħal per eżempju il-proposta tat-travel grant tal-500 euro naħsbu li hija importanti sabiex ninkoragixxu liċ-ċittadin biex jesplora kulturi differenti u jespandi l-orizzonti tiegħu.”

Reazzjoni oħra pożittiva għal din il-proposta minn Thomas Galea, il-Viċi President għall-affarijiet esterni tal-Kunsill Studenti Universitarji.

“It-travel vouchers huma proposta pożittiva ħafna għall-istudenti sabiex huma jkunu jistgħu jieħdu esperjenża barra minn Malta, kemm jekk hux edukattiva jew fix-xogħol tagħhom, jew anka biex huma jiftħu l-boundaries tagħhom għall-aktar opportunitajiet barra minn Malta… Aħna eċċitati ħafna għal idea ta’ dawn il-vouchers.”

Apparti it-travel vouchers, Gvern Ġdid Nazzjonalista iwiegħed li mhux biss iżid l-istipendji b’10% bħal ma ppropona Gvern Laburista .. iżda jżid b’25% l-istipendji tal-professjonijiet l-aktar meħtieġa – infermiera, għalliema, social workers, care workers u diversi oħrajn; proposta oħra li ntlaqtet tajjeb ħafna mal-għaqdiet taz-zgħazagħ..

“Ideat bħal ma huma ż-żieda fl-istipendju għal prescribed courses, anka ideat li ma japplikawx biss għaz-zgħazagħ bħal żiedid fil-pagi tal-għalliema, żiedid fl-ispażji miftuħa u ġonna pubbliċi, id-deposit guarantee għall-first time buyers… issa hemm bżonn pjan sabiex naraw li dawn il-proposti se jsiru u jiġu translated f’azzjoni tanġibbli.”