Internazzjonali

Stati Uniti: Infermier jinstab ħati dwar qtil ta’ pazjenti

Infermier minn Texas instab ħati dwar l-omiċidju ta’ erba’ pazjenti li mietu wara li hu injettahom bl-arja – ftit wara li huma kienu suġġetti għall-kirurġija tal-qalb.

Intant, William Davis, ta’ 37 sena, spiċċa kkundannat dwar qtil tal-ewwel grad u ‘il quddiem kapaċi jingħata s-sentenza tal-mewt.

Il-prosekuturi qalu li Davis, fil-fatt, kien ippjana b’mod speċifiku biex joqtol seba’ persuni ( pazjenti) bejn Ġunju tal-2017 u Jannar tal-2018. L-attakki fuq il-pazjenti, intant, saru fl-isptar ta’ Christus Mother Frances fil-belt ta’ Tyler, f’Texas.