Futbol Sport

West Ham jegħlbu lil Genk… Telfiet għal Roma u Tottenham

(Ritratt: EPA)

Fil-UEFA Europa League, fil-London Stadium West Ham United kisbu rebħa ta’ 3-0 fuq Genk. Iż-żewġ timijiet qasmu l-logħob għall-ewwel 40 minuta tal-partita, b’West Ham jmorru fil-vantaġġ minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima, meta minn cross ta’ Aaron Cresswell kien Craig Dawson li kkonkluda fil-lasta bir-ras. Fit-tieni taqsima West Ham skorjaw it-tieni u t-tielet gowl f’temp ta’ żewġ minuti, meta l-ewwel fis-57 minuta kien Issa Diop li kkonkluda fix-xibka, b’Jarrod Bowen jiskorja ftit minuti wara.

F’Estadio Benito Villamarin, Real Betis u Bayer Leverkusen temmew fi draw ta’ 1-1. Bl-ewwel taqsima tintemm mingħajr gowls, fil-75 minuta Betis ingħataw penalty, bil-plejer Borja Iglesias mill-ħdax-il metru ma jiżbaljax. Madanakollu seba’ minuti wara Leverkusen skorjaw il-gowl tad-draw permezz ta’ Robert Anrich li kkonkluda fil-lasta għal 1-1.

B’sorpriża, fil-UEFA Conference League, Roma sofrew telfa umiljanti kontra Bodoe bl-iskor ta’ 6-1. Bodoe marru żewġ gowls vantaġġ mal-ewwel 20 minuta permezz ta’ gowls skorjati minn Erik Botheim u Patrick Berg. Roma naqqsu d-distakk fit-28 minuta permezz ta’ Carles Perez bl-ewwel taqsima tintemm 2-1. Madanakollu fit-tieni taqsima Bodoe iddominaw kompletament il-partita, bit-tielet gowl jasal fit-52 minuta permezz ta’ Erik Botheim. Fil-71 minuta Botheim għadda lejn Ola Solbakken li kkonkluda fil-xibka għar-raba’ gowl, b’Amahl Pellegrino jagħmilhom 5-1, seba’ minuti wara. Biex fit-80 minuta reġa’ kien Ola Solbakken li skorja s-sitt gowl u ta telfa umiljanti lit-tim immexxi minn Jose Mourinho.

Fl-istess kompetizzjoni Tottenham ukoll ħarġu telliefa kontra Vitesse bl-iskor ta’ 1-0. Bi plejers bħal Harry Kane u Heung Min Son ma kienux parti mill-iskwadra it-tim immexxi minn Nuno Espirito Santo saba’ diffiċli biex ikun perikoluż u joħloq ċansijiet ta’ skor. Il-gowl uniku għal Vitesse kien skorjat fit-78 minuta meta minn pass ta’ Eliazer Dasa kien Maximillian Wittek li għeleb lil goalkeeper Pierluigi Gollini għal 1-0.

UEFA EUROPA LEAGUE: Rangers v Broendby 2-0, Sparta Praga v Lyon 2-4, PSV v Monaco 1-2, Sturm Graz v R.Sociedad 0-1, Napoli v L.Warsaw 3-0, Fenerbache v R.Antwerp 2-2, E.Frankfurt v Olympiacos 3-1, Lazio v Marseille 0-0, L.Moscow v Galatasaray 0-1, Midtjylland v C. Zvezda 1-1, R.Betis v B.Leverkusen 1-1, R.Wien v D.Zagreb 2-1, West Ham v Genk 3-0, Ludogorets v Braga 0-1

UEFA CONFERENCE LEAGUE: HJK v Maccabi 0-5, Alaskert v Lask 0-3, Anothosis v F.Talinn 2-2, Partizan Beograd v Gent 0-1, Bodeo v Roma 6-1, CSKA Sofia v Zorya 0-1
Cluj v AZ Alkmar 0-1, Jablonec v Randers 2-2, Feynoord v U.Berlin 3-1 ,M.Haifa v S.Prague 1-0, Kopenhagen v Paok 1-2, S.Bratislava v Lincoln 2-0, Mura v Rennes 1-2
Vitesse v Tottenham 1-0, Qarabag v K.Almati 2-1, Basel v O.Nicosia 3-1