Futbol Sport

X’impatt qed iħalli fuq l-ambjent il-futbol fl-Ewropa?

(Ritratt: BBC)

Bil-UEFA tkompli żżid n-numru ta’ kompetizzjonijiet kif ukoll in-numru ta’ partiti, jidher li l-UEFA m’hijiex qed tikkunsidra l-impatt ambjentali li dawn il-partiti qed iħallu hekk kif qed jiżdied aktar l-ivjaġġar mit-timijiet.

Riċerka wreit li bl-introduzzjoni tal-Conference League, in-numru ta’partita fil-fażi tal-gruppi f’kompetizzjonijiet tal-UEFA żdied għal 288. Fl-istaġun 2024-2025, il-UEFA Champions League wkoll mistennija tikber, hekk kif il-partita fil-fażi tal-gruppi se jiżdiedu għal 180 minn 96. Bejn l-istaġun li għadda u l-2025 se jkun żieda ta’ 55% fil-partiti minn kompetizzjonijiet Ewropej tal-klabbs.

Il-UEFA fl-2018, introduċiet il-Conference League, fejn it-timijiet li qed jikkompetu, huma sitta biss li jinsabu f’distanza ta’ inqas minn 500km il’ bogħod minn xulxin. L-ivjaġġar permezz tal-ajru huwa wieħed mill-kontributuri għall-ħsara li qed issir fl-ambjent hekk kif jikkontribwixxi għal 5% tat-tibdil fil-klima.

Il-medja tad-distanza li kull tim jivjaġġa hija ta’ 5,578km. Dsatax-il tim minn dawk li qed jikkompetu fil-Conference League se jivjaġġaw aktar minn 5,00km għall-partiti mill-fażi tal-gruppi.

Il-UEFA kienet ukoll affaċjata bi kritirka minħabba l-mod ta’ kif kienet organizzata l-EURO 2020 hekk kif dan it-tournament kien organizzat madwar l-Ewropa.