Knisja Lokali

450 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa Pawlina fil-Belt Kapitali

Mixja ta’ 450 sena mill-Parroċċa Pawlina fil-Belt Valletta. U minkejja l-isfidi kontinwi fil-kapitali, il-Parroċċa ta’ San Pawl qed taħdem biex il-komunità tibqa’ ħajja.

Infatti fl-aħħar żmien il-Parroċċa ta’ San Pawl ħadmet biex isir xogħol fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ Santu Rokku fejn hemmhekk Net News iltaqa’ mal-Kanonku Arċipriet Dun David Cilia fejn kellimna dwar ir-realtajiet li qed taffaċja din il-komunità fiż-żminijiet tal-lum.

Mistoqsi dwar il-ħidma li diġà bdiet f’dan iċ-ċentru, huwa qalilna li dan ix-xogħol diġà qed iħalli l-frott.

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-450 sena Parroċċa se jissoktaw tul din il-ġimgħa hekk kif il-Ħadd 31 ta’ Ottubru se ssir quddiesa Solenni konċelebrata min-Nunzju Appostoliku Mons. Alessandro D’Errico flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata. Fis-6 ta’ Novembru imbagħad, se ssir quddies ta’ radd il-ħajr biex jitfakkar il-51 anniversju mit-twaqqif tal-Għaqda tal-Pawlini.

Il-qattus Rokku li llum sar wiċċ familjari fiċ-ċentru