U-turn oħra mill-Gvern ta’ Robert Abela.
L-ewwel qalu li l-ARMS mhux veru qed jisirqu lin-nies bis-sistema tal-kontijiet, imbgħad ammettew li hemm is-serq, imma mhux se jagħtu refund u issa, spiċċaw jerġgħu jpingu stampa taparsi mhux qed isir serq.
“L-ewwel nett naħseb li ma nsterqux flus fid-dawl u l-ilma”
Dan ħareġ b’mod ċar minn intervista li għamilna mal-Ministru Michael Falzon illi b’mod inkredibbli stqarr li m’hemmx serq – meta kien il-Gvern stess li ammetta dan fid-diskors tal-Budget il-ġimgħa li għaddiet.
Il-budget li tressaq fil-11 t’Ottubru kien l-ewwel okkażjoni li fiha l-amministrazzjoni ta’ Robert Abela ammettiet is-serq sfaċċat fil-mod kif qed jinħadmu l-kontijiet tal-ARMS.
Meta saqsejna lill-Ministru tal-Familja u l-Ġustizzja Soċjali dwar jekk jaħsibx li qed issir ġustizzja mal-persuni li nsterqu, bil-Ministru wieġeb b’dan il-mod.
“Qed issir ħafna ġustizzja soċjali”
Din l-attitudni tal-Gvern tikkuntrasta bil-qawwi ma’ dak li qed iwiegħed il-PN fejn Gvern ġdid Nazzjonalista se jkun qed jirrifondi lura lill-poplu il-miljuni li nsterqu mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma; serq li kien konfermat anke minn rapport tal-Awditur Ġenerali.
Intant meta pruvajna nsaqsu dwar jekk jaħsibx li ż-żieda ta’ €1.75ċ kienet biżejjed għall-għoli tal-ħajja, il-Ministru ħarab milli jwieġeb.
//= $special ?>