Futbol Sport

Arsenal b’rebħa konvinċenti fuq Aston Villa

(Ritratt: EPA)

Fl-Emirates Stadium Arsenal kisbu rebħa konvinċenti fuq Aston Villa bl-iskor ta’ 3-1. Arsenal iddominaw il-partita mill-ewwel minuti, b’Aston Villa ftit li xejn ikunu perikolużi lejn il-lasti difiżi minn Aaron Ramsdale. Arsenal fetħu l-iskor fit-23 minuta meta minn corner ta’ Emile Smith Rowe kien Thomas Partey li bir-ras għeleb lil Emiliano Martinez għall-ewwel gowl mal-Gunners. Arsenal rdoppjaw fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima meta wara konsultazzjoni mal-VAR ir-referee odrna penalty għal foul ta’ Tyrone Mings fuq Alexander Lacazette. Mill-ħdax-il metru Martinez salva fuq Aubameyang, iżda l-attakkant mill-Gabon xeħet ġewwa mit-tieni tentattiv. Arsenal għamluhom tlieta fis-56 minuta meta wara azzjoni maħduma tajba, kien iż-żagħżugħ Ingliż Emile Smith Rowe, li ra x-xutt tiegħu devjat għal ġewwa għal skor ta’ 3-0. Aston Villa skorjaw il-gowl tagħhom fil-81 minuta permezz ta’ xutt mill-isbaħ tas-sostitut Jacob Ramsey.

Illum: Arsenal v Aston Villa 3-1