Coronavirus Lokali

COVID-19: Imut raġel; erbgħa fl-ITU

Fl-aħħar 24 siegħa, raġel ta’ 86 sena miet bil-COVID-19 biex b’hekk it-total ta’ mwiet f’pajjiżna issa tela’ għal 460.

L-aħħar żewġt imwiet li kelna kaġun tal-virus kienu fl-ewwel jumejn tax-xahar, jiġifieri tliet ġimgħat ilu.

Id-Dipartiment tas-Saħħa ħabbar ukoll li bħalissa hemm erba’ persuni fit-Taqsima tal-Kura Intensiva filwaqt li 14-il persuna oħra jinsabu fl-Isptar Mater Dei jingħataw il-kura għal xi sintomi li qed jesperjenzaw kaġun tal-virus.

Tħabbar ukoll li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 10 każi ġodda filwaqt li fiequ 23 persuna oħra. B’hekk, il-każi attivi huma ta’ 251.

Intant, 41,425 doża tal-booster ingħataw sal-bieraħ.