Futbol Sport

Floriana se jappellaw mid-deċiżjoni meħuda mill-MFA

Floriana se jkunu qed jappellaw mid-deċiżjoni li ttieħdet mill-MFA b’rabta mal-każ ta’ razzismu fil-partita kontra Santa Lucia. Floriana ġew immultati €3,000 u sentenza sospiża ta’ tliet punti mnaqqsa wara li fil-partita kontra Santa Lucia partitarju ta’ Floriana għaddew kummenti razzisti lejn il-goalkeeper Juliani Archibald

Fi stqarrija l-klabb ta’ Floriana qalu li se jkunu qed jappellaw minn din id-deċiżjoni filwaqt li qalu li l-klabb jibqa’ kommess li jiġġieled kull forma ta’ razzismu. Santa Lucia wkoll ħarġu stqarrija dawr din is-sentenza fejn qalu li l-klabb m’għandux iġorr ir-responsabbilità ta’ mġiba ħażina.

Il-paġna ta’ Replay fuq Facebook qalet li l-pulizija ddentifikaw il-persuna li wettqet dan l-att u fil-jiem li ġejjin se tkun qed tressaq lil dan il-persuna l-Qorti.