Għada filgħodu jinghata bidu ghat-42 Edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race u t-53 anniversarju mill-ewwel edizzjoni
Madwar 124 yacht minn fosthom bosta yachts Maltin ser jieħdu sehem f’din l-edizzjoni fir-rotta ta’ 608 mil nawtiku li minn Malta tibda lejn Capo Passero minn hemm ghall-iStretto di Messina, wara lejn Stromboli u Favignana – Gzejjer Egadi u lura lejn Malta fir-rotta ta’ Pantalleria u Lampedusa bid-daħla minn Kemmuna lejn Malta.
L-attenzjoni tibqa’ fuq il-parteċipazzjoni Maltija l-aktar fuq il-First 45 Elusive 2 tal-aħwa Maya, Christophe u Aaron Podesta’ rebbieħa tal-aħħar żewġ edizzjonijiet tar-Rolex Middle Sea Race .
Ir-rekord tal-korsa għadu dak miksub fl-2007 minn Rambler tal-Amerikan George David ta’ 47 siegha 55 minuta u 3 sekondi .
//= $special ?>