Lokali

Ġuvni weġġa’ gravi wara inċident f’Tas-Sliema

Ġuvni ta’ 21 sena residenti Ħal Safi, weġġa’ wara li ntlaqat minn Jaguar XJ, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 63 sena residenti Tas-Sliema. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8pm, fi triq ix-Xatt, Tas-Sliema.

Huwa ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.