Partit Nazzjonalista fil-Gvern se jkun qed jaħdem biex ikun hemm aktar użu tat-trasport pubbliku u li jkun anki sostnut minn enerġija nadifa.
Dan ħareġ tul konferenza tal-aħbarjiet indirizzatta mill-kelliem tat-Trasport Toni Bezzina u l-kelliem tal-ekonomija l-ħadra David Thake fejn kien sostnut li PN se jkun qed jaħdem biex sal-2025, il-karozzi tal-linja kollha, jkunu jaħdmu bl-elettriku, fejn permezz t’hekk se jitnaqqas it-tniġġis fil-qalba tal-lokalitajiet Maltin.
Toni Bezzina qal li l-PN minn dejjem kien jemmen li għandna nagħmlu t-trasport pubbliku b’xejn, iżda l-Gvern sa issa naqas milli jitkellem ma’ dawk kollha konċernati biex din il-proposta tkun tista’ titwettaq.
David Thake min-naħa tiegħu qal li l-PN fil-Gvern se jkun qed jaħdem biex tingħata aktar għajnuna lil dawk li jridu jixtru vetturi elettriċi, u fakkar fil-mira tal-PN li Malta jkollha nofs il-vetturi f’pajjiżna jkunu jaħdmu bl-elettriku sal-2030.
Il-PN qed jaħdem biex bil-proposti tiegħu jħares is-saħħa u l-ambjent, bi proposti li jtejbu l-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin u joffru ħajja aktar sagħna.
//= $special ?>