Ir-Reġina Eliżabetta tal-Ingilterra tinsab tajba wara li bejn l-Erbgħa u l-Ħamis qattgħet lejl rikoverata l-isptar.
Komunikat mill-Palazz ta’ Buckingham maħruġ ftit tal-ħin ilu qal li r-Reġina għandha morale għoli wara li kienet l-isptar għal investigazzjonijiet preliminari.
Hi ddaħħlet l-isptar King Edward VII fiċ-ċentru ta’ Londra wara li ħassret vjaġġ li kellha skedat lejn l-Irlanda ta’ Fuq.
Bukingham Palace qal li hi reġgħet kienet wara l-iskrivanija tagħha tagħmel xi xogħol ħafif il-Ħamis waranofsinhar.
Il-Palazz Irjali ċaħad li r-Reġina kienet inħakmet mill-Covid filwaqt li spjega li hija kienet iddaħħlet l-isptar għal testijiet minkejja li xi ftit kontra r-rieda tagħha.
//= $special ?>