Edukazzjoni Lokali

L-MUT tilqa’ l-proposta tal-PN għal żieda fil-pagi tal-edukaturi

Proposti bħal dawn nilqugħhom b’mod tajjeb ħafna għax jafettwaw ħafna direttament lill membri tagħna”

Dikjarazzjoni ċara li għamel il-President tal-Union tal-Għalliema Marco Bonnici b’reazzjoni għall-proposti li qed iressaq il-Partit Nazzjonalista għas-settur tal-edukazzjoni ….fosthom li tiżdied il-paga tal-edukaturi.

Huwa tkellem ukoll dwar it-tħassib ta’ diversi ġenituri li t-tfal tagħhom għadhom sal-lum mingħajr għalliema permanenti f’madwar 80 klassi. Fakkar kif ftit tal-jiem ilu l-Gvern tilef il-mandat li fetaħ konta l-Union tal-Għalliema.

Bonnici qal li dan kien Budget li nesa lill-edukaturi u lill-iskejjel – Budget xott ħafna minn inizjattivi ġodda għal dan is-settur tant importanti għal pajjiżna.

“Dan il-Budget ma nkitibx minn min qed imexxi l-edukazzjoni.. Li inti taqbad tirrepeti minn Budget għall-ieħor l-istess miżuri bħallikieku dawn huma miżuri li bdejthom issa mhux il-każ.

Marco Bonnici semma kif wara kważi tliet snin għadu ma ġiex implimentat l-istatus professjonali ta’ diversi Learning Support Educators u Kinder Support Educators.

Fid-dawl ta’ dan kollu…il-President tal-MUT qed jitlob li ma jkun hemm ebda media stunt u issir konsultazzjoni vera mal-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana.

Il-qofol huwa r-rispett, jekk għandek Ministeru li mhux jirrispetta lill-eduktaturi ma tistax tistenna li jkollok edukaturi li huma kuntenti fuq il-post tax-xogħol u edukaturi li jħarsu ‘l quddiem lejn il-ġurnata tax-xogħol tagħhom u li jkomplu jagħtu servizz