Lokali Qorti

L-operaturi tal-mobiles se jikkonfermaw jekk il-kuntrattur ċempilx għall-ambullanza mill-mobile ta’ Lamin Jaiteh

L-Operaturi tal-mobiles mistennija jikkonfermaw jekk hux minnu li l-kuntattur Glenn Farrugia ċempilx għall-ambullanza mill-mobile ta’ Lamin Jaiteh għall-ambullanza. Sadanittant għadu ma ġiex stabbilit eżatt minn fejn waqa u kif waqa’ l-vittma.

Dan ħareġ minn mistoqsija li saret mill-Avukat Franco Debono li qed jidher għal Farrugia li qed jiġi mixli b’akkużi relatati ma’ inċident li jinvolvi ħaddiem tal-kostruzzjoni, immigrant li tħalla ferut fil-ġenb tat-triq f’Selmun, limiti tal-Mellieħa wara inċident fuq il-post tax-xogħol.

Farrugia ta’ 31 sena minn Ħaż-Żebbuġ qed jidher quddiem il-Maġistrat Marseann fejn qed jiġi akkużat li kkawża feriti gravi fuq il-ġisem ta’ Lamin Jaiteh mill-Gambja u bosta akkużi oħra relatati ma’ ksur tal-liġijiet tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, inkluż li naqas li jħallas lil Jaiteh b’mod korrett talli ħaddmu f’vaganza pubblika, mingħajr ma ħallsu għal leave tal-vaganzi li ma ħax, paga tas-Sibt u sahra kif ukoll il-bonus statutorju, taxxa u assigurazzjoni nazzjonali.

Meta kompliet il-kumpilazzjoni l-Ispettur George Frendo qal li huwa sar jaf li seħħ dan l-inċident mill-media. Qal li fit-28 ta’ Settembru huwa kien ‘duty officer; fid-distrett numru disgħa u dak il-ħin li sema b’dak li ġara kien xogħol Tas-Sliema, Huwa mill-ewwel kien informa lill-Ispettur Godwin Scerri biex jieħu l-każ f’idejh sakemm ilesti

Huwa sar jaf li persuna kienet ġiet mtfuha fit-triq ġewwa Selmun u li kien l-imgħallem tiegħu li xeħtu hemm. Tenna li sar jaf minn hu l-vittma, ftit qabel l-inċident li waqa’ minn żewġ sulari. Kien infurmat ukoll li kien l-akkużat li ċaqalqu. Kien informa b’dan l-inċident lill-Maġistrat tal-Għassa li qaltlu li ma hemmx għalfejn issir inkjesta u dan minħabba li l-vittma kien iċċaqqlaq u għalhekk seta’ kien hemm telfien ta’ evidenza.

Qal li fil-5.00pm meta spiċċa mix-xogħol f’Tas-Sliema l-akkużat kien diġa arrestat fl-Għassa tal-Mosta fejn ittieħed hemm għall-interogoazzjoni. Sadanittant meta wasal l-stqattija kienet qed tiġi konkluża. Ġew infurmati wkoll tal-Health and Safety.

Ix-xhud qal li wara marru fuq il-post ta’ fejn sar l-inċident flimkien mal-Avukat Matthew  Xuereb u l-akkuża u membri tal-OHSA għamlu spezzjoni fil-post. Sa dak il-ħin ma kienux jafu minn fejn waqa, kif ma jafux sa issa prattikament.

Tenna li Lamin kien l-isptar, u hu mar hemm u ġie nfiumat mit-tobba li l-qagħda tiegħu kienet waħda gravi. Wara kienu kellmu lill-vittma u dan qalilhom li kien qed jaħdem mal-akkużat u wara li waqa, talab għajuna, u l-imgħallem tiegħu għabbih fil-vann u ħallih hemm fit-triq jokrob bl-uġiegħ.

Kienu ġew mitkellma l-ħaddiema u ħaddiema oħrajn Afrikana ħarbu minn fuq is-sit hekk kif waqa’ Jaitheh. L-Ispettur Frendi qal li l-għada tal-inċident kienu ġew elevati CCTV Cameras, u ġie eżegwit mandat ta’ tfittxija fil-konfront tal-akkużat.

Qal li l-akkużat ġie ttieħdulu żewġ stqarrijiet li għażel li ma jwieġbx fl-ebda waħda minnhom. Wara Farrugia ġie mressaq il-Qorti. Spettur George Frendo stazzjonat għassa Qawra, Ix-xhud wara ppreżenta għadd ta’ dokumentazzjoni li jikkonsistu f’oġġetti li ġew elevati mill- Pulizija. Fuq mistoqsijiet tal-Avukat Franco Debono, ix-xhud qal li l-waqa’ seħħet bejn l-10.00 u 12.00 waqa’ bil-Pulizija tmur fuq is-sit ta’ kostruzzjoni wara nofs inhar.  

Ix-xhud ikkonferma li għadha ma ġietx stabbilita d-dinamika ta’ kif seħħet il-waqa’, dik li wasslet għal waqa u l-Pulizija qagħdet fuq dak li qalilhom Jaiteh.  L-Avukat Debono staqsa għaliex il-klijent tiegħu qed jiġi akkuża b’ferita gravi volontarja. Ir-risposta kienet għax dan intefa’ f’vann u tħalla hemm gravament fuq il-post.

L-Ispettur Frendo kkonferma wkoll li ħafna mill-każijiet ħafna mill-akkużi li qed jiffaċċa l-akkużat jiġi deċiżi b’mod amministrattiv. Huwa qal ukoll li mobile tal-vittma għadu ma ġiex elevat għax  ma nħass il-bżonn.

Madankolliu il-‘call profile’ tiegħu ikunu preservati għal sena. Qal ukoll li ma rriżultax li l-vittma kien jaħdem b’mod illegali ma’ xi ħadd ieħor qabel. Saret talba wkoll biex jiġi appuntat għal espert tal-IT biex jagħmel analiżi mill-mobile tas-suspettat. Kien hemm qbil biex din id-data tinġabar biss fuq il-każ inniffsu għax id-dritt ta’ privatezza huwa wieħed sagru.  Fis-7 ta’ Ottubru l-akkużat kien ingħata l-libertà proviżorja f’ewwel seduta maratona ta’ tmien sigħat.  

Għall-akkużat qegħdin jidhru l-Avukati Franco Debono u Matthew Xuereb filwaqt li l-Avukat Gianluca Cappitta qed jidher għan-nom tal-vittma. Il-kumpilazzjoni tkompli nhar l-Erbgħa, 3 ta’ Novembru fit-3.00pm.