Lokali

“Lejn iktar stabiltà fil-Libja” – PN

Il-Partit Nazzjonalista jinnota u jappoġġja d-dikjarazzjoni finali maħruġa wara l-laqgħa “Libya Stabilization Conference”. Il-Partit Nazzjonalista kien u jibqa’ favur t-tisħiħ u l-iżvilupp sħiħ tal-pajjiż u l-poplu Libjan f’proċess demokratiku u maqbul.

Fil-preżenza ta’ diversi ministri minn pajjiżi varji d-disa’ punti li fiha din id-dikjarazzjoni tqawwi iktar l-bżonn ta’ sforzi u impenn mill-partijiet kollha involuti. Dan ukoll fid-dawl tal-fatt li numru ta’ ambaxxati qed jerġgħu jinfetħu fil-pajjiż. 

Fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, Carm Mifsud Bonnici u s-Segretarju Internazzjonali, Roselyn Borg Knight f’isem il-PN intqal li hemm bżonn iktar ħidma sabiex l-elezzjonijiet li ser isiru fl-24 ta’ Diċembru jkollhom l-appoġġ tal-partijiet kemm qabel kif ukoll wara li joħroġ r-riżultat. Ma’ dan iktar ħidma diretta mal-Unjoni Afrikana, l-Unjoni Ewropea u l-Lega tal-Istati Għarab. Ċertament f’dan biex titħares sew s-sovranitá, l-indipendenza u l-integritá territorjali hemm bżonn li ma jkunx hemm iktar forzi militari barranin u li jiġi assigurat li ma jkunx hemm iktar armamenti.  

Il-Partit Nazzjonalista jappoġġja dawn il-passi u l-preżenza attiva ta’ pajjiżna f’dawn l-laqgħat. Il-poplu Libjan ħaqqu futur aħjar wieħed li b’rajh f’idejh jista’ jgawdi lura l-paċi u l-istabilitá.