Fit-tielet kwart tas-sena, pajjiżna ra żieda ta’ 2,851 vetturi ġodda fit-toroq Maltin meta kkumparat mat-tliet xhur ta’ qabel, medja ta’ 57 vettura ġdida kuljum. Dan itella’ t-total ta’ 411,056 vetturi sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena.
Minn dan it-total, 76% huma karozzi personali, 13.8% huma vetturi kummerċjali, 9.1% huma muturi, quadricycles, e-kick scooters u vetturi simili, filwaqt li xarabanks u minibusses jammontaw għal inqas minn 1%.
Bejn Lulju u Settembru ta’ din is-sena, 5,235 vettura ngħataw il-liċenzja biex ikunu jistgħu jinstaqu fit-toroq. Fl-maġġoranza ta’ dan it-total, jiġifieri 61.8% kienu vetturi personali tal-passiġġiera.
//= $special ?>