Lokali

M’għandhomx idea meta se noħorġu mill-greylist

Il-Gvern għadu mingħajr idea dwar meta pajjiżna se jitneħħa mill-greylist tal-Financial Action Task Force.

U filwaqt li l-Botswana u l-Mauritius irnexxielhom jikkonvinċu lill-FATF biex ma jibqgħux f’din il-lista, il-Gvern Laburista ta’ Robert Abela ghadu ma rnexxilux ikun konvincenti u johrog lill-pajjizna minn din il-greylist.

Dwar dan, staqsejna lill-Ministru Byron Camilleri, li huwa Ministru fl-istess Kabinett ma’ Clyde Caruana illi kien ammetta li pajjiżna diġa’ beda jħoss id-daqqa li qed iġġib magħha l-lista l-griża. Il-Ministru qalilna li pajjiżna qed jagħmel il-progress mMadanakollu, bqajna mingħajr data ta’ meta l-Gvern qed jippjana li pajjiżna ma jibqax fuq din il-lista.

Il-Botswana u l-Mauritius ħarġu mill-greylist, iżda l-Gvern jibqa’ ma jagħtix data dwar meta pajjiżna se jirnexxielu jagħmel l-istess. B’kuntrast ċar ma’ dak li qed jipproponi l-Partit Nazzjonalista.

Il-lista l-griża diġa bdiet tħalli effetti li jistgħu ikunu devastanti għall-ekonomija ta’ pajjiżna, fejn fl-aħħar jiem rajna kif minn stħarriġ li għamlet id-ditta internazzjonali EY, hareg car li Malta m’ghadiex attrajenti ghall-investiment barrani – propju minħabba l-greylisting.