Futbol Sport

Partitarju ta’ Manchester City f’coma wara li kien attakkant fil-Belġu

Partitarju ta’ Manchester City jinsab f’coma iżda f’kundizzjoni stabbli wara li kien attakkat fil-Belġju. Ħamest irġiel kienu arrestati b’rabta ma’ dan il-każ wara r-rebħa ta’ 5-1 li Manchester City għelbu lil Club Brugge.

Persuna minn dawk arrestati qed ikun akkużat b’serq u vjolenza filwaqt li persuna oħra qed ikun akkużat li kkaġuna ġrieħi gravi fuq persuni oħra. Il-ħamest irġiel tressqu quddiem il-Qorti f’Ghent, fejn tliet minnhom ingħataw il-libertà fuq numru ta’ kundizzjonijiet filwaqt li t-tnejn l-oħra nżammu arrestati.