Futbol Sport

Rebħa missielta għal Torino fuq Genoa

(Ritratt: EPA)

Fi Stadio Olimpico di Torino, Torino kisbu rebħa mportanti ta’ 3-2 fuq Genoa biex telgħu fl-10 post tal-klassifika, b’Genoa jibqgħu fid-19-il post b’6 punti. Kienu Torino li marru fil-vantaġġ fl-14-il minuta meta minn cross ta’ Daniel Ansaldi kien Antonio Sanabria li bir-ras xeħet ġewwa. Huma rdoppjaw fil-31 minuta meta minn pass ta’ Antonio Sanabria din id-darba kien Tommaso Pobega li kkonkluda fil-lasta. Genoa naqqsu d-distakk fit-58 minuta permezz ta’ Johan Vasquez. Biex fis-70 minuta huma kisbu l-gowl tad-draw meta minn pass ta’ Felipe Caicedo kien Mattia Destro li għamel l-iskor 2-2. Madanakollu Torino skorjaw il-gowl tar-rebħa fis-77 minuta meta minn pass ta’ Dennis Praet kien Josip Brekalo li xeħet ġewwa għal 3-2.

Fil-partita l-oħra Sampdoria kisbu rebħa Spezia bl-iskor ta’ 2-1. Huma marru fil-vantaġġ fil-15-il minuta meta minn cross ta’ Antonio Candreva kien Emmanuel Gyasi li tefa’ fil-lasta tiegħu stess. Sampdoria rdoppjaw fit-38 minuta meta minn pass ta’ Manolo Gabbiadini, kien il-veteran Antonio Candreva li kkonkluda fil-lasta, bil-gowl ta’ Spezia jkun skorjat minn Daniel Verde fil-95 minuta għal skor finali ta’ 2-1.

Illum: Torino v Genoa 3-2, Sampdoria v Spezia 2-1