Internazzjonali

Sparatura fuq set ta’ film tħalli mara mejta

Alec Baldwin kien qed jispara 'prop gun' li ħalla wkoll raġel ferut

Mara mietet u raġel spiċċa rikoverat l-isptar wara li l-attur Alec Baldwin (ritratt) spara arma li kienet qed tintuża għall-film ‘Rust’.

Il-każ seħħ fuq is-set fejn qed jinġibed dan il-film fi New Mexico. Kelliema għall-attur qalu li Baldwin kien qed juża ‘prop gun’ b’rounds finta – li f’ħin minnhom ġiet sparata ħażin.

Dan wassal għall-mewt tal-mara, filwaqt li r-raġel – li huwa wieħed mid-diretturi – qed jingħata l-kura meħtieġa.

Dwar il-każ infetħet investigazzjoni.