Edukazzjoni Għawdex Lokali

Wasalna fl-aħħar ta’ Ottubru u għadu ma sar xejn – PN

Il-Ministru għall-Edukazzjoni għażlet li tagħmel konferenza tal-aħbarijiet quddiem l-Iskola Primarja tan-Nadur fejn reġgħet għamlet referenza għax-xogħlijiet li qed jiġu ppjanati li jsiru f’ din l-iskola.  Li ma semmietx il-Ministru kien li fil-bidu tas-Sajf li għadda kienet diġá għamlet press conference oħra u wegħdet li x-xogħol kellu jibda sal-aħħar tas-Sajf.  Wasalna fl-aħħar ta’ Ottubru u għadu ma sar xejn.

Dan intqal fi stqarrija maħruġa mid-deputati tal-PN Chris Said u Clyde Puli.

Il-Partit Nazzjonalista jawgura li dan ix-xogħol jsir fl-iqsar żmien possibbli u mingħajr ma jiġu effettwatti t-tagħlim tat-tfal li jattendu f’ din l-iskola.  Jawgura wkoll li x-xogħol fuq l-iskola primarja tan-Nadur ma jieħux fit-tul daqs dak li qed jieħu x-xoghol fuq l-iskola primarja tar-Rabat, liema xogħol ilu mwiegħed 7 snin u sallum lanqas il-kostruzzjoni ta’ din l-iskola għadha ma hi lesta.

Infakkru lill-Ministru Caruana  li qabel l-elezzjoni tal-2017, 4 snin u nofs ilu, kienet hi stess li għamlet press conference f’Dar Dun Franġisk Grima fl-istess triq tal-iskola primarja tan-nadur u l-Gvern dakinhar wegħdna Dar tal-Anzjani ġdida fin-Nadur. Dakinhar urewna wkoll il-pjanti. Għaddew kważi 5 snin u ma sar assolutament xejn.

Nappellaw lill-Ministru Caruana biex tinforma lil Ghawdxin x’ sar minnha d-dar tal-anzjani li kienet habret b’ tant pompa, ritratti u pjanti sbieh ftit gimghat qabel l-elezzjoni tal-2017.