Lokali

“Xogħli huwa li noffri viżjoni għall-futur ta’ pajjiżna li nistgħu nwettquha lkoll flimkien” – Bernard Grech

“Xogħli huwa li noffri viżjoni għall-futur ta’ pajjiżna li nistgħu nwettquha lkoll flimkien”. Kien dan il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fid-diskors li għamel waqt l-EY business forum bit-titlu ‘Future Realised, EY’s Annual Malta Attractiveness Event.’

Bernard Grech qal li din is-sena kienet iktar sinifikanti mis-snin preċedenti għaliex dak li qed joħroġ huwa tassew ta’ tħassib. Dan fil-kuntest tal-istatistikali ġiet ippubblikata mill-EY fejn 70% taż-żgħażagħ iridu jitilqu minn Malta sabiex jibnu ftut aħjar barra minn pajjiżna.

Huwa qal li ż-żgħażagħ Maltin minn dejjem kienu kuraġġużi u lesti biex ikunu avventurużi u jimbarkaw f’opputunitajiet ġodda. Il-Partit Nazzjonalista dejjem ħeġġeġ li jkun hemm din il-perspettiva globali u ħeġġeġ liż-żgħażagħ jespandu l-ħiliet edukattivi u kulturali tagħhom barra minn xtutna. Bernard Grech qal li iżda hemm differenza bejn li wieħed isiefer barra minn Malta sabiex jesplora opportuntajiet ġodda u bejn li jsiefer għax iħoss li pajjiżu fallih.

Il-Kap tal-PN qal li Malta għandha bżonn lil kull żagħżugħ u żagħżugħa u l-kreattività tagħhom… il-ħolm tagħhom u l-ambizzjonijiet tagħhom għall-futur. Il-Partit Nazzjonalista ilu għal diversi snin iwissi li wieħed ma jistax jinora ir-reputazzjoni ta’ pajjiża u jinjora l-governanza tajba, dan għaliex il-kisbiet li mbagħad newsperjenzaw ma jkunux biss għal żmien qasir, iżda r-riżultat aħħari ikun wieħed diżastruż.

Bernard Grech qal li lllum il-ġurnata, hekk kif pajjiża spiċċa greylisted, u hekk kif in-negozji qed jaffaċċjaw iktar burokrazija, issa huwa l-waqt li pajjiżna jkollu futur aħjar… u dan jista’ joffrih biss Gvern ġdid Nazzjonalista.

Permezz tal-proposti li qed joffri, il-Partit Nazzjonalista qed jassigura li l-familji jkollhom futur permezz ta’ aktar miżuri li joħolqu bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol kif ukoll miżuri biex il-pensjonanti jgħixu ħajja aħjar. Apparti dan Gvern ġdid Nazzjonalista huwa kommess li jagħmilha eħfef għall-istudenti biex ikollhom suċċess fil-karrieri tagħhom filwaqt li jkun hemm iktar investiment f’setturi ġodda.