Futbol Sport

Balzan jegħlbu lil Gżira

Gżira U …………….. 1

Balzan ……………… 2

Gżira U.: A. Curmi, G. Bohrer, L. Tabone, N. Muscat, S. Pisani (C.Gauci 72′), Y. Messais, M. Davisv (E.Mbong 80′), N. Portelli, M. Maia, T. Espindola, J. Mendoza

Balzan: J. Galea, S. Arab (G.Camilleri 13′), M. Grima, P. Fenech (M.Duric 62′), A. Da Paixao (N.Frendo 92′), M. Johnson, U. Ljubomirac, M. Zlatkovic, M. Mijic (S.Jalu 92′), B. Kaljevic (A.Andrejic 62′), S. Cipriott

Referee: A. Johnson

Assistenti Referees: M. Scerri, M. Ciantar

Kontra dak mistenni, Balzan kisbu rebħa ta’ 2-1 kontra Gżira, wara li aktar kmieni din il-ġimgħa neħħew lil kowċ Mark Miller. Sadanittant, ftit sigħat qabel il-partita Pawlu Zammit kien ikkonfermat bħala l-kowċ il-ġdid ta’ Balzan.

Kienu proprju t-tim immexxi minn Darren Abdilla li fetħu l-iskor meta fid-59 minuta kien Nevin Portelli li kkonkluda wara l-goalkeeper Jake Galea. Minkejja dan reazzjoni tajba minn Balzan meta fis-67 minuta kien l-istess Nevin Portelli li din id-darba tefa’ fil-lasta tiegħu stess għal goal tad-draw ta’ Balzan. Biex minuta wara, fit-68 minuta Balzan skorjaw il-gowl tar-rebħa permezz tas-sostitut Aleksa Andrejic li xeħet wara Galea għal skor finali ta’ 2-1.

B’hekk b’din ir-rebħa Balzan telgħu fis-sitt post tal-klassifika b’9 punti, post wieħed taħt l-istess Gżira, bl-istess ammont ta’ punti.