Fl-aħħar 24 siegħa kienu rreġistrati sitt każi pożittivi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna, filwaqt li fortunatament, ħadd ma tilef ħajtu kawża tal-pandemija.
Dan ħareġ mill-istatistika ppubblikata mill-Ministeru tas-Saħħa fuq Facebook, fejn kien spjegat li 21 persuna oħra qed titqies bħala imfejqa.
Dan meta, fl-aħħar xhur, il-Gvern beda jqis bħala awtomatikament imfejqa lil dawk li jkunu ilhom ġimgħatejn li rriżultaw pożittivi u mingħajr il-ħtieġa ta’ swab test. B’hekk, il-każi attivi issa niżlu għal 236, filwaqt li l-ammont ta’ vittmi baqa’ 460.
Fortunatament ukoll, fl-aħħar sigħat jirriżulta li persuna oħra ħarġet mill-Isptar Mater Dei, fejn kienet qed tingħata l-kura minħabba l-virus. Dan hekk kif l-għadd ta’ persuni fl-Isptar issa niżel għal 13, filwaqt li l-ammont ta’ persuni li qed jingħataw il-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva niżel għal tlieta.
//= $special ?>